L-istruttura

Il-kompiti tad-Dipartiment tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni huma kategorizzati f’ħamsa:

1) L-adozzjoni ta’ politiki u proċeduri nazzjonali f’konformità mal-istandards tas-sigurtà tal-avjazzjoni ta’ livelli internazzjonali u tal-Unjoni Ewropea (UE);

2) Ċertifikazzjonijiet ta’ Għalliema u Maniġers tas-Sigurtà u Screeners tas-Sigurtà;

3) It-twettiq ta’ attivitajiet ta’ monitoraġġ u ta’ kontroll tal-kwalità biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni korretta tal-politiki u l-proċeduri nazzjonali mill-partijiet interessati tal-avjazzjoni lokali;

4) It-twettiq ta’ kontrolli ta’ sfond tal-impjegati kollha tal-avjazzjoni; u

5) Parteċipazzjoni f’laqgħat tal-UE u internazzjonali.

Il-Kap tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni huwa responsabbli għall-adozzjoni ta’ policies u proċeduri nazzjonali u biex jirrappreżenta lid-dipartiment fil-laqgħat tal-UE u internazzjonali. Il-Maniġers (Compliance) huma responsabbli għaċ-ċertifikazzjonijiet tal-għalliema tas-sigurtà, maniġers tas-sigurtà u persunal tas-sigurtà u għat-twettiq ta’ attivitajiet ta’ monitoraġġ u kontroll tal-kwalità. It-tim ta’ tliet persunal amministrattiv (assistent prinċipal u żewġ uffiċjali tal-customer care) huwa responsabbli biex iwettqu kontrolli tal-isfond u biex jipprovdu appoġġ lill-istakeholders tal-avjazzjoni lokali kif meħtieġ.