Status ta’ Aġent Regolat

Trasportatur bl-ajru, aġent, burdnar jew kwalunkwe entità oħra involuta f’dazji ta’ merkanzija bl-ajru jew posta jistgħu jiġu nnominati bħala Aġent Regolat skont il-Programm Nazzjonali tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ċivili u r-Regolament (KE) 300/2008 u l-atti ta’ implimentazzjoni tiegħu.

Il-lista ta’ aġenti regolati f’Malta tista’ taraha billi tikklikkja hawn.

Entitajiet interessati li jiksbu din id-denominazzjoni għandhom għandhom jissottomettu talba lil AVSEC Malta fuq l-indirizz elettroniku avsec@gov.mt.

Status ta’ Known Consignor

Konsenjatur li joriġina merkanzija jew posta għall-kont tiegħu stess jista’ jiġi nnominat bħala Konsenjatur Magħruf minn Aviation Security Malta skont ir-rekwiżiti tal-Programm Nazzjonali tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ċivili u r-Regolament (KE) 300/2008 u l-atti ta’ implimentazzjoni tiegħu.

Entitajiet interessati li jiġu nnominati bħala known consignors għandhom jissottomettu talba lil AVSEC Malta, fuq l-indirizz elettroniku: avsec@gov.mt.