Hemm fis-seħħ diversi miżuri ta’ sigurtà għall-passiġġieri kollha li jivvjaġġaw minn Malta għal pajjiż ieħor. Dawn il-miżuri ta’ sigurtà jinkludu oġġetti pprojbiti li ma jistgħux jinġarru fil-bagalji tal-idejn jew jittieħdu ġewwa s-sala tat-tluq tal-ajruport, kif ukoll oġġetti pprojbiti li ma jistgħux jiġu ppakkjati fil-bagalji li inti ser tiċċekkja.
 
Għalkemm il-linja tal-ajru tiegħek tinfurmak liema oġġetti ma jistgħux jinġarru fiż-żewġ każijiet, din li ġejja hija lista ta’ oġġetti pprojbiti li tapplika għall-passiġġieri li jitilqu minn Malta.
 
Bagalji tal-Kabina
 
Mingħajr preġudizzju għar-regoli tas-sikurezza applikabbli, il-passiġġieri m’għandhomx permess iġorru l-oġġetti li ġejjin fiż-żoni ristretti ta’ sigurtà u abbord inġenju tal-ajru:
 
(a) armi tan-nar u kwalunkwe apparat ieħor li jispara l-projettili —
apparat li jista’, jew li jidher li jista’ jintuża sabiex jikkawża ġrieħi serji billi jispara projettili, inklużi:
– armi tan-nar ta’ kull tip, bħalma huma l-pistoli, ir-revolvers, l-azzarini, is-snieter,
– armi tan-nar tal-logħob, kopji u imitazzjonijiet tal-armi tan-nar li dak li jkun jista’ jaħsibhom armi ta’ vera,
– partijiet komponenti ta’ armi tan-nar, esklużi l-miri teleskopiċi,
– armi tal-arja u tas-CO2 kkumpressati, bħalma huma pistoli, armi li jisparaw il-pritkuni, azzarini u armi li jisparaw il-ball bearings,
– pistoli tas-suffarelli tas-sinjali u pistoli tat-tlielaq,
– qwies, “cross bows” u vleġeġ,
– apparat li jispara l-ħarpuni jew il-froxxni,
– wdab u żbandoli;
 
(b) apparat li jistordi —
apparat maħsub speċifikament biex jistordi jew jimmobilizza, inklużi:
– apparat li jixxokkja, bħalma huma l-pistoli li jistordu, tasers u lembubi li jistordu,
– apparat li jistordi l-annimali u li joqtol l-annimali,
– kimiċi, gassijiet u sprejs li jrendu inkapaċi, bħalma huma l-mace, l-isprejs tal-bżar, l-isprejs tal-bżar aħdar, il-gass tad-dmugħ, sprejs tal-aċidu u sprejs li jgerrxu l-annimali;
 
(ċ) oġġetti b’ponta taqta’ jew xifer jaqta —
oġġetti b’ponta taqta’ jew xifer jaqta’ li jistgħu jintużaw sabiex jikkawżaw ġrieħi serji, inklużi:
– oġġetti għat-tqattigħ, bħall-imnanar, mannaretti u skieken tal-biċċiera,
– fisien u baqquni tas-silġ,
– xfafar tal-leħja,
– xfafar tal-kartun,
– skieken bi xfafar ta’ aktar minn 6 cm,
– mqassijiet bi xfafar ta’ aktar minn 6 cm mill-fulkru,
– tagħmir tal-arti marzjali bil-ponta taqta’ jew b’xifer jaqta’,
– xwabel;
 
(d) għodod tal-ħaddiema —
għodod li jistgħu jintużaw jew biex jikkawżaw ġrieħi serji jew inkella biex jheddu s-sikurezza tal-inġenju tal-ajru, inklużi:
– lievi,
– drillers u trapani, inklużi d-drillers portabbli mingħajr wajer,
– għodod bi xfafar jew xaftijiet ta’ aktar minn 6 ċm li jistgħu jintużaw bħala armi, bħalma huma t-turnaviti u lfurmaturi,
– srieraq, inklużi s-srieraq portabbli mingħajr wajer,
– torċi tal-ħruq,
– apparat li jispara l-boltijiet u l-imsiemer;
 
(e) strumenti spuntati —
oġġetti li jistgħu jintużaw biex jikkawżaw ġrieħi serji mad-daqqa, inklużi:
– mazez tal-baseball u tas-softball,
– mazez u lembubi, bħall-billy clubs, blackjacks u lembubi tal-għassa,
– tagħmir tal-arti marzjali;
 
(f) splussivi u sustanzi u apparat inċendjarji/u —
splussivi u sustanzi u apparat inċendjarji/u li jistgħu, jew jidhru li jistgħu, jintużaw biex jikkawżaw ġrieħi serji jew biex jheddu s-sikurezza tal-inġenju tal-ajru, inklużi:
– munizzjon,
– mezzi detonaturi,
– detonaturi u miċeċ,
– tagħmir splussiv ta’ imitazzjoni,
– mini, granadi u oġġetti splussivi militari oħra,
– logħob tan-nar u pirotekniki oħra,
– bombi tad-duħħan u stoċċijiet li jiġġeneraw id-dħaħen,
– dinamite, porvli u splussivi plastiċi.
 

Bagalji tal-Istiva

Il-passiġġieri m’għandhomx il-permess iġorru l-oġġetti li ġejjin fil-bagalji tal-istiva tagħhom:
splussivi u sustanzi u apparat inċendjarji/u —
splussivi u sustanzi u apparat inċendjarji/u li jistgħu jintużaw biex jikkawżaw ġrieħi serji jew biex jheddu s-sikurezza tal-inġenju tal-ajru, inklużi:
– munizzjon,
– mezzi detonaturi,
– detonaturi u miċeċ,
– mini, granadi u oġġetti splussivi militari oħra,
– logħob tan-nar u pirotekniki oħra,
– bombi tad-duħħan u stoċċijiet li jiġġeneraw id-dħaħen,
– dinamite, porvli u splussivi plastiċi.